Michela Galea, f’kollaborazzjoni ma’ Emil Calleja Bayliss, Sebastian Pritchard-James u Andreas ‘Stone’ Johansson, huma kuntenti jħabbru l-ippubblikar ta’ Let’s Talk About Love. Miktuba waqt l-MESC Songwriting Camp organizzat mill-Public Broadcasting Services fis-sajf tal-2023, il-kanzunetta għaddiet għall-fażi tas-semifinali tal-Malta Eurovision Song Contest.
Parteċipanta għall-ewwel darba fil-Malta Eurovision Song Contest, iżda stabbilita fix-xena tal-mużika lokali, b’parteċipazzjonijiet fl-Għanja tal-Poplu, il-Konkors Kanzunetta Indipendenza kif ukoll Mużika Mużika, esprimiet l-eċitament tagħha għar-rilaxx fuq il-pjattaformi tal-midja soċjali. “Let’s Talk About Love għandha post speċjali ħafna f’qalbi”, tgħid il-kantawtriċi filwaqt li tirrefletti fuq esperjenza fantastika fil-kompetizzjoni. Hi ddiskrevietha bħala “vjaġġ ta’ mużika mimlija passjoni”.
Ir-rilaxx, ippubblikat permezz ta’ Frontrunner Records fl-Iżvezja jinkludi mhux biss il-verżjoni li Michela interpretat iżda wkoll verżjoni oħra, aktar orkestrali li Andreas ‘Stone’ Johansson u Sebastian Prichard-James ipproduċew. Din it-tieni verżjoni żżid dimensjoni ġdida għal kanzunetta tassew emozzjonali. B’sapport għal dan ir-rilaxx, Michela u t-tim tagħha żvelaw ukoll vidjo ta’ lirika għall- verżjoni orkestrali, biċ-ċans li wieħed ikanta magħha.
Għal aktar informazzjoni dwar Michela Galea u r-rilaxx ta’ Let’s Talk About Love, nistednukom biex iżżuru l-pjattaformi tal-midja soċjali tagħha fuq Facebook u Instagram. Il-kanzunetta issa hija disponibbli fuq il-pjattaformi diġitali kollha minn fejn tiksbu l-mużika.