Saturday, December 21, 2024

ARA: “Lorenzo kien bniedem ta’ mħabba kbira”

Lorenzo Vella jingħata l-aħħar tislima fil-Bażilika ta’ Kristu Re f’Raħal Ġdid

Aqra wkoll

“Lorenzo kien bniedem ta’ mħabba kbira.” Hekk iddeskriva lil Lorenzo Vella l-predikatur waqt l-omelija hekk kif kien qiegħed jingħata l-aħħar tislima fil-Bażilika ta’ Kristu Re f’Raħal Ġdid.

Lorenzo Vella, Kap tar-Rappreżenza tal-Kummissjoni Ewropea f’Malta miet nhar il-Ħadd li għadda fl-età ta’ 43.

Fuq l-ewwel bank tal-Bażilika, martu u żewġ uliedu dehru mbikkma bil-mewt tal-aktar persuna għażiża għalihom. Iż-żewġ uliedu waqt l-offerti tellgħu kartellu li fuqu kien hemm fost l-oħrajn idejhom impinġija b’diversi kuluri.

Intant il-predikatur kompla jgħid li Lorenzo għex ħajtu konvint li kieku ma kellux imħabba ma kien ikun xejn. Isemmi li kellu mħabba kbira lejn il-familja tiegħu b’mod speċjali lejn martu u wliedu u din l-imħabba kompliet tikber aktar meta sar jaf li kellu marda terminali.

YouTube video

“Lorenzo kien magħruf għal vuċi kritika u dan dejjem għamlu għax dejjem ried li jagħmel il-ġid anke jekk din l-istess kritika kienet tiswih tbatija personali,” stqarr is-saċerdot.

Hu kompla jippriedka li Lorenzo dejjem ra kif għamel biex jgħin lil dawk l-aktar fil-bżonn. Kellu mħabba kbira lejn sħabu l-kollegi tiegħu li dejjem ra li jilħqu l-potenzjal tagħhom.

Isemmi l-imħabba kbira li kellu lejn il-gżejjer Maltin u din l-imħabba kompla jkabbara permezz tal-għodda tal-politika.

Għaċ-ċelebrazzjoni tal-ħajja attendew fost l-ogħla uffiċjali tal-pajjiż li magħhom Lorenzo minħabba l-kariga li kellu kien jaħdem ta’ kuljum.

Ekonomija

Sport