Friday, November 22, 2024

ARA: “Ma nafx kif se ngħix … Sofia l-unika tifla li kelli”

Omm waħda mill-vittmi tal-aħħar attakk f’Chernihiv b’filmat ta’ qsim il-qalb

Aqra wkoll

Ftit qabel l-aħbar tal-mewt taċ-ċkejkna ta’ sitt snin li tilfet ħajjitha fl-attakk f’Chernihiv, dik li qiegħed ikun irrappurtat li hi ommu xerrdet filmat tappella għat-talb.

L-omm fid-dagħdigħa tal-mument hekk kif turi l-libsa kollha mċappsa bid-demm tgħid li bintha tinsab f’riskju kbir li titlef ħajjitha u li xtaqet lil dawk “in-nies twajba” biex jitolbu għal bintha.

Minkejja dan, ftit sigħat wara ħarġet l-aħbar li bintha Sofia ta’ sitt snin hija fost is-seba’ vittmi tal-attakk fuq it-teatru fl-Ukrajna u aktar minn 140 oħra li sfaw midrubin.

Sport