Monday, October 6, 2025

“Ara ma nerġgħux narawk fit-toroq tagħna bla liċenzja għax tmur dritt il-ħabs” – Il-Maġistrat Joseph Gatt 

Aqra wkoll

“Ara ma nerġgħux narawk fit-toroq tagħna bla liċenzja għax tmur dritt il-ħabs”. Kien il-Maġistrat Joseph Gatt li qal dan f’sentenza fejn fih raġel Sirjan kien mixli li saq b’mod eċċessiv mingħajr liċenzja u polza tal-assikurazzjoni.

Fil-Qorti, il-Prosekuzzjoni spjegat li l-Pulzija waqqfet lill-imputat f’roadchecks f’Ħaż-Żebbuġ u fis-Siġġiewi, irriżulta li dan ma’ kellu ebda dokumenti fuqu. 

Ingħad li huwa nqabad fuq l-ispeed guns tal-Pulizija b’karozza tal-għamla Toyota HiAce, għaddej bid-99km fi triq fejn ma tistax taqbeż is-70km fis-siegħa. Il-Prosekuzzjoni ssuġġeriet sentenza sospiża bl-argument li ġie hawnhekk ifittex ħajja aħjar.

Il-Maġistrat Gatt reġa’ wissa mill-ġdid lill-imputat li jekk dan jerġa’ jwettaq xi ħaġa oħra, dan  se jmur dritt il-ħabs. 

Kien għalhekk li l-imputat ġie kkundannat sitt xhu priġunerija sospiżi għal sentejn. Huwa ġie pprojbixxut milli jikseb liċenzja tas-sewqan għal tlettax -il xahar. 

Għall-prosekuzzjoni dehru l-Ispetturi James Mallia u Nathan Bugeja. Tassisti lill-akkużat, l-avukat Martina Herrera.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport