Saturday, October 26, 2024

ARA: Mara fil-periklu tal-mewt wara ħabta bejn żewġ karozzi f’Għawdex

Aqra wkoll

Ħames persuni, fosthom tifel ta’ tliet snin kellhom jiddaħħlu l-Isptar Ġenerali t’Għawdex wara li kienu involuti f’inċident tat-traffiku fi Triq l-Għarb fl-Għasri f’Għawdex.

YouTube video

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Toyota Yaris misjuqa minn raġel ta’ 36 sena residenti x-Xewkija u Toyota Corolla misjuqa minn raġel ta’ 34 sena residenti l-Fonatana. Fl-ewwel karozza kien hemm passiġġieri tifel ta’ tliet snin u mara ta’ 32 sena wkoll residenti x-Xewkija. Fit-tieni karozza kien hemm riekba mara ta’ 30 sena residenti l-Fontana. 

Fil-post issejjaħ tim mediku u ambulanzi li ħadu lill-ħames persuni lejn l-Isptar għal aktar attenzjoni medika. 

Aktar tard irriżulta li t-tifel ma sofra l-ebda ġrieħi, is-sewwieq fl-ewwel karozza u ż-żewġ persuni fit-tieni karozza sofrew ġrieħi ħfief, iżda l-mara li kienet passiġġiera fl-ewwel karozza sfortunatament tinsab fil-periklu li titlef ħajjitha.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Simone Grech LL.D qiegħda tmexxi inkjesta filwaqt li l-
investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ritratt: Joe Grech

Sport