Mara li kienet qed tistenna tarbija rnexxielha twelled lit-tarbija tagħha taħt it-tifrik tal-bini fis-Sirja. Sfortunatament, it-tarbija spiċċat orfni għaliex l-omm tilfet ħajjitha wara l-proċess tal-ħlas.
Waqt li kienet għaddejja tfittxija għall-persuni li sfaw maqbuda taħt it-tifrik, it-tarbija nstabet qawwija u sħiħa. Dan kien ikkonfermat minn rapporti tal-lokal.
Skont l-aħħar ċifri, huwa stmat li n-numru tal-vittmi li tilfu ħajjithom minħabba t terremoti tat-Turkija u s-Sirja qabżu l-5,000.