Saturday, December 21, 2024

ARA: Mara u raġel Maltin jinqatlu f’razzett fil-Marsa – l-allegat aggressur arrestat

Aqra wkoll

Il-kelliem għall-Pulizija Brandon Pisani waqt li kien qiegħed jindirizza lill-midja fuq il-post ikkonferma li huwa żewġ persuni li nqatlu huma raġel u mara li huma Maltin. Il-mara għandha 56 sena u r-raġel għandu 73 sena. Il-każ seħħ fi Triq it-Tiġrija l-Marsa.

Dawn inqatlu f’garaxx u fuq il-post mill-ewwel kien hemm diversi uffiċjali tal-Pulizija li kellhom suspett f’persuna, ġrewh warajh u ġie arrestat. L-allegat aggressur huwa barrani u kellu jittieħed l-isptar minħabba li wkoll sofra xi ġrieħi.

Mal-allegat aggressur ittieħdu żewġ persuni oħrajn l-Isptar iżda jidher li ma sofrex ġrieħi gravi. Il-pulizija għad iridu jistabilixxu jekk ż-żewġ persuni li ttieħdu l-isptar mal-allegat agressur għandhomx konnessjoni miegħu jew inkella mal-vittmi.

Sorsi qrib dan is-sit qalu li l-immigrant li allegatament qatel liż-żewġ persuni kien jgħix fi stalla taż-żwiemel li allegatament il-vittmi kienu jikrulu.

Il-pulizija bħalissa qegħdin jitkellmu ma’ persuni li nzertaw fuq il-post u anke ma’ xi qraba tal-vittmi.

Pisani kkonferma wkoll li f’idejn il-pulizija hemm l-allegat arma li ntużat f’dan id-delitt. Qal li din mhux arma tan-nar, iżda strument bil-ponta u li jaqta’.

Dwar dan il-qtil doppju infetħet inkjesta mmexxija mill-Maġistrat Kevan Azzopardi

Aktar dettalji fil-ħin li ġej.

Ekonomija

Sport