Thursday, December 26, 2024

ARA: Messaġġ mill-Pulizija dwar profili ħħekjati fuq il-midja soċjali

Aqra wkoll

Persuna mingħalija li tkun irċeviet messaġġ mingħand ‘ħabib’ fuq il-meżżi soċjali, liema ‘ħabib’ jitlob l-għajnuna billi jibgħat code ħalli jkun jista’ ibiddel il-password. Iżda fil-verita, din il-persuna qed tirċievi messaġġ qarrieq li jkun intbgħat minn xi ħadd li diġa jkun għamel l-istess lill-‘vittma’ oħra.

YouTube video

Meta ddaħħal l-code wieħed ikun qiegħed jagħti aċċess għal profil tagħhom fuq il-mezzi soċjali. Dan bil-konsegwenza li l-vittma titlef għal kollox l-aċċess għall-account tal-mezzi soċjali tagħha. Għalhekk il-Korp tal-Pulizija qiegħed jappella lill-pubbliku għal aktar attenzjoni u l-unika ħaġa li wieħed irid jagħmel huwa … jinjora dawn il-messaġġi.

Ekonomija

Sport