Monday, December 23, 2024

ARA: “M’hemmx lok li terġa’ tinfetaħ l-inkjesta” – Dr Herman Mula

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Miktub minn Claudio Coleiro, Filmat ALAN SALIBA

YouTube video

L-Avukat Herman Mula, li flimkien mal-General Workers’ Union qed jiddefendi lis-suldati li kienu involuti fl-inkjesta dwar l-immigranti, qed jisħaq li m’hemmx lok li din terġa’ tinfetaħ.

L-għaqda Repubblika, permezz tal-avukati tagħha, talbet lill-Avukat Ġenerali biex jibgħat lura r-rapport tal-inkjesta tal-Maġistrat Joe Mifsud minħabba li skont hi fih ħafna nuqqasijiet.

Dan wassal biex is-suldati ġew imlaqqa’ fil-Workers’ Memorial Building fejn ġie spjegat lilhom is-sitwazzjoni preżenti b’rabta ma’ dan il-każ. Għal din il-laqgħa kien hemm preżenti wkoll is-Segretarju Ġenerali tal-GWU Josef Bugeja u s-Segretarju tat-Taqsima Forzi Dixxiplinati, Uffiċjali tas-Sigurtà u Infurzar tal-Liġi fi ħdan il-GWU Theo Vella.

L-Avukat Mula stqarr li huwa prematur li wieħed jagħmel konklużjonijiet fuq dokument, li huwa l-proces verbal, u jikkonkludi li kien hemm mankanzi serji. Qal li huwa minn awl id-dinja li dan id-dokument, qabel tara x’mankanzi jew le hemm fih, taqrah kollu u mhux darba.

“L-ewwel u qabel kollox jaqgħu dawk il-mankanzi kollha li ġew elenkati f’dan id-dokument u l-ittra li ntbagħtet lill-AĠ b’mod awtomatiku bil-fattur li hemm dan in-nuqqas. Meta Repubblika tkun rat id-dokument kollu u xtarritu sew, m’għandix dubju li se jkun hemm ir-risposti kollha għall-mistoqsijiet li qed iqajmu.

“Minn hawn nista’ nappella lill-AĠ biex jekk tibqa’ s-sitwazzjoni kif inhi, għandu jirrifjuta bl-iktar mod kategoriku milli jibgħat lura l-inkjesta. Sfortunatament dan hu kollu ħela ta’ flus il-poplu Malti,” qal l-Avukat Mula.

Ekonomija

Sport