Il-President Ukren Volodymyr Zelensky xerred filmat tiegħu nnifsu jdur fit-toroq ta’ tal-Kapitali u dan sabiex ixejjen xnigħat li hu kien sejjaħ l-armata tiegħu biex iċċedi quddiem għall-attakki tat-truppi Russi.
“Hemm ħafna informazzjoni falza online fost l-oħrajn li jien sejjaħt biex l-armata tagħna biex iċċedi u li tinsab għaddejja evakwazzjoni”, qal il-President Ukren bil-bini ta’ Gorodetsky House fl-isfond.
Huwa sostna li hu jinsab hemm u li mhuwiex lest li jċedi b’dan il-mod. “Se nibqgħu niddefendu l-istat tagħna”, sostna Zelensky.
Не вірте фейкам. pic.twitter.com/wiLqmCuz1p
— Володимир Зеленський (@ZelenskyyUa) February 26, 2022