Friday, November 22, 2024

ARA: Minkejja kollox Mercieca jibqa’ bil-bandiera Maltija fuq sidru

Jirnexxielu jikseb ir-raba' post f'kompetizzjoni fl-Iżvizzera

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Għal darba oħra, minkejja li s-sapport li qiegħed isib huwa minimu, l-atleta tal-armwrestling Malti Kersten Mercieca rnexxielu jikseb ir-raba’ post mill-kategorija tiegħu f’kompetizzjoni mill-aktar iebsa fl-Iżvizzera.

Mercieca fl-ewwel reazzjoni tiegħu qal li l-livell f’din il-kompetizzjoni kien ogħla minn dawk l-aktar riċenti li kellu fl-Ewropa iżda minkejja dan jinsab sodisfatt li ma ġie megħlub fl-ebda konfront għajr dawk li tilef minħabba fouls skont l-assessjar u r-regolamenti tal-istess sport.

Tant hu hekk li l-atleta Malti rnexxielu saħansitra jżomm sod maċ-champion kurrenti Toms Rozīts. Huwa qal li fl-aħħar mill-aħħar ir-rispett li jeżisti bejn l-atleti huwa xi ħaġa fenomenali. 

L-atleta Malti jħares ’il quddiem li jibqa’ jiġri wara l-ħolma tiegħu li jagħmilha sal-East vs West Armwrestling.

Minkejja kollox, minkejja li diversi drabi huwa sostna li ma sab qatt sapport mill-awtoritajiet Maltin, għal darba oħra, Mercieca deher bil-flok tal-bandiera Maltija fuq sidru li skontu huwa l-mod ta’ kif jirringrazzja lin-nies tat-triq li ta’ kuljum jawgurawlu filwaqt li jsegwu l-ħolma tiegħu fuq il-midja soċjali.

Sport