Minn tal-inqas 10 persuni tilfu ħajjithom u oħrajn indarbu wara li nqabdu f’casino fil-Kambodja l-Erbgħa filgħaxija.
Il-casino li jinsab fil-belt ta’ Poipet, jagħmel parti minn lukanda. Minħabba l-inċident kellhom jissejħu għadd ta’ ħaddiema tas-salvataġġ mit-Tajlandja sabiex isalvaw lil dawk li nqabdu fit-tifrik.
Filmat: BBC
Huwa maħsub li dawk kollha li tilfu ħajjithom huma ħaddiema tal-istess casino. Minkejja dan, hemm iktar minn 400 Tajlandiż fl-istabbiliment.
Filmati fuq il-midja soċjali wrew li kien hemm diversi wħud li pruvaw jaqbżu mit-twieqi sabiex jevitaw li jinqabdu fl-inċident.
Dawk midruba ttieħdu fi sptarijiet qrib tal-pajjiż, minħabba li Poipet jinsab qrib ħafna tat-Tajlandja.