Saturday, November 16, 2024

ARA: Minn tal-inqas tmienja jmutu wara għargħar f’Seoul 

Aqra wkoll

Minn tal-inqas tmien persuni mietu u 14 oħra ndarbu hekk kif għargħar ikkawżat minn xita torrenzjali laqat partijiet mill-kapitali tal-Korea t’Isfel Seoul. 

Ix-xita qawwija tat-Tnejn filgħaxija wasslet biex jiġu mgħerrqa t-toroq u stazzjonijiet tal-metro u kif ukoll ikun ikkawżat qtugħ ta’ dawl madwar il-belt u provinċji oħra fil-viċin. 

L-aġenzija meterjoloġika tal-Korea qalet li xi żoni rrappurtaw l-ogħla rata ta’ xita fi kważi 80 sena. L-uffiċjali tat-temp żiedu jgħidu li x-xita x’aktarx tkompli fuq diversi jiem. 

Rapporti lokali qalu li tliet vittmi – żewġ aħwa nisa li għandhom fuq l-40 sena u  tifla ta’ 13-il sena – kienu qed jgħixu f’appartament taħt l-art magħrufa bħala banjiha. Fost il-vittmi kien hemm ukoll persuna li mietet wara li sofriet minn xokk elettriku, oħra li mietet f’valanga u oħra li nstabet taħt il-fdalijiet ta’ bus stop.

Partijiet minn Seoul irrapportaw aktar minn 10 ċm ta’ xita fis-siegħa filwaqt li d-distrett ta’ Dongjak irrapporta aktar minn 141.5 mm ta’ xita fis-siegħa, l-ogħla rata sa mill-1942.

Ekonomija

Sport