Wednesday, December 25, 2024

ARA: Missila tolqot iċ-ċentru tat-tieni l-akbar belt fl-Ukrajna

Aqra wkoll

Filmat li ġie ppubblikat fl-aħħar ħin juri splużjoni kbira hekk kif il-bini amministrattiv fi Pjazza Ħelsien ġewwa Kharkiv, it-tieni l-ikbar belt Ukrena, intlaqat minn bomba li ġiet sparata mill-qawwiet Russi.

Kharkiv, belt li fiha jgħixu mal-1.4 miljun persuna, hija magħrufa bħala l-kapitali tat-teknoloġija tal-Ukrajna u rapporti fil-midja internazzjonali qalu li żoni residenzjali ntlaqtu wkoll.

Il-President Ukren Zelensky ikkundanna l-bumbardament ta’ Kharkiv u fissirhom bħala reati tal-gwerra. Żied jgħid li l-għan tal-attakki kienu li jolqtu b’mod dirett lin-nies fl-ibliet. 

Il-Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-Ukrajna tella’ dan il-filmat u talab lid-dinja biex tiżola lir-Russja.

Ekonomija

Sport