Saturday, December 21, 2024

Ara: Mixgħela tal-qaddisin kollha

Aqra wkoll

Ilbieraħ saret il-mixgħela tal-qaddisin kollha fuq iz-zuntier u t-taraġ tal-knejjes parrokkjali madwar Għawdex.

Din hi t-tieni sena li ġiet organizzata din l-edizzjoni ta’ mixgħela, dwal permezz tax-xemgħat b’disinn marbut mal-padrun/a ta’ kull lokalità.

Minkejja x-xita kontinwa waqt il-ħin tal-mixgħela, din ma telfet xejn lil bosta familji kemm Għawdxin kif ukoll Maltin li qasmu l-fliegu biex jaraw u bdew iduru minn raħal għall-ieħor biex jaraw dan l-avveniment li għaqqad lill-gżira t’Għawdex bħala gżira waħda kemm fuq sfond kulturali kif ukoll reliġjuż.

Attività li ġiet organizzata mid-Direttorat tal-Wirt Kulturali fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex u bil-kollaborazzjoni tad-Djoċesi ta’ Għawdex.

Ekonomija

Sport