Monday, December 23, 2024

ARA: New Zealand b’mod innovattiv kif teduka dwar il-pornografija

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

YouTube video

Mhux faċli li l-ġenituri jsibu mod ta’ kif jedukaw lil uliedhom u jaslu fi stadju li jifhmu lil xulxin fuq ċertu suġġetti. 

B’mod speċjali f’dan il-perjodu tal-pandemija mhix faċli tikkontrolla lil uliedek filwaqt li tagħti t-tolleranza li hemm bżonn. It-tolleranza ġġib magħha ċertu libertà li żżomm lura l-ġenituri milli kontinwament jsusu wara uliedhom biex jiggarantixxu li qed jagħmlu użu tajjeb mill-internet.

Biex tippromwovi s-sigurtà online, New Zealand qiegħda xxerred reklam ta’ żewġ atturi pornografiċi għarwenin li jmorru jħabbtu l-bieb ta’ omm tifel li kien għadu kif fittixhom online.

L-omm ovjament tinħasad kif tmur biex tiftaħ, iżda dawn jispjegaw ir-raġuni għalfejn huma kienu spiċċaw wara biebha. Jgħidulha li tant hi faċli għal binha li jaċċessa ċertu siti li saħansitra jista’ jagħmel użu mill-mowbajl tagħha biex jagħmel dan.

F’dan ir-reklam ta’ ftit sekondi l-atturi jispjegaw li f’ħafna mill-filmati ma tintalabx awtorizzazzjoni u li dawn imorru ferm lil hinn minn dik li hija r-relazzjoni sesswali mibnija fuq l-imħabba bejn il-koppji.

Dan il-filmat huwa wieħed minn serie ta’ filmati li jiffurmaw kampanja bl-isem ta’ “Keep It Real Online”.

Ekonomija

Sport