L-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) ġiet infurmata b’każ ta’ nirien li ħakkmu impjant tat-trattament tal-iskart, immexxi mill-privat, fiż-żona industrijali tal-Marsa.

In-nirien ġew irrappurtati fis-sigħat bikrin ta’ dalgħodu.
L-ERA qalet li se tkun qed tinvestiga l-każ u tagħti l-għajnuna neċessarja lill-Pulizija.

Il-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili qattaw il-lejl jiġġieldu nirien kbar ġewwa din l-iscrapyard.
Il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi Byron Camilleri qal li jinsab infurmat li din l-operazzjoni fadlilha numru ta’ sigħat oħra, u minkejja li s-sitwazzjoni hija taħt kontroll, għad fadal bosta perikli.
Għal din l-operazzjoni qed jintuża l-apparat kollu li nxtara dan l-aħħar għal żoni industrijali.
