Il-parroċċi ta’ Ħad-Dingli u l-Imġarr organizzaw is-sitt edizzjoni tal-Pellegrinaġġ bil-muturi f’jum il-festa ta’ Santa Marija.

Sewwieqa tal-muturi nġabru fuq iz-zuntier tal-Knisja Parrokkjali tal-Imġarr fid-9.15 a.m., bil-pellegrinaġġ jara l-bidu tiegħu fl-9.45 a.m.

Mal-wasla ħdejn il-Knisja Arċipretali sar it-tberik tal-muturi u s-sewwieqa ngħataw tifkira tal-okkażjoni.

Il-fondi li nġabru matul din l-attività se jkunu qegħdin imorru għas-Soup Kitchen tal-Franġiskani fil-Belt. Is-somma miġbura dalgħodu mis-sewwieqa kienet ta’ €540.