Wednesday, July 24, 2024

ARA: Papa Franġisku jbierek il-poplu Malti u Għawdxi

Aqra wkoll

“Papa Franpisku bierek il-poplu Malti u Għawdxi.” Hekk stqarr l-Arċisqof Charles Scicluna ftit tal-minuti wara li flimkien mal‑Isqof Anton Teuma u mal‑Isqof Awżiljarju Joseph Galea‑Curmi ħarġu minn udejnza mal-Papa Franġisku.

YouTube video

Dalgħodu, il-Papa Franġisku laqa’ lill-Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex li bħalissa jinsabu f’Ruma għaż-żjara ‘ad limina Apostolorum’, sabiex jagħtu rendikont dwar il-qagħda tal-Knisja f’Malta u Għawdex.

Waqt l-udjenza, il-Papa u l-Isqfijiet tkellmu dwar l-Arċidjoċesi ta’ Malta u d-Djoċesi ta’ Għawdex. Bi preparazzjoni għall-Ġublew tat-Tama li se jsir is-sena d-dieħla, il-Papa Franġisku ħeġġeġ lill-poplu Malti u Għawdxi biex ikun strument ta’ ħniena u mħabba. Fi kliem l-Arċisqof Charles Scicluna, dan il-messaġġ tal-Papa “kkonfermana fil-fidi u fil-missjoni tagħna”.

L-udjenza mal-Papa Franġisku ġabet fi tmiemha ż-żjara tal-Isqfijiet fil-Vatikan fejn matul dawn il-ħamest ijiem iltaqgħu ma’ diversi uffiċjali tas-Santa Sede li jieħdu ħsieb aspetti differenti tal-ħajja tal-Knisja. Din kienet l‑ewwel żjara ‘ad limina’ għall‑Arċisqof Charles Scicluna, l‑Isqof Anton Teuma u l‑Isqof Awżiljarju Joseph Galea‑Curmi. L‑aħħar darba li l‑Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex marru l‑Vatikan għal din iż‑żjara kien f’Mejju 2012.

Ekonomija

Sport