Aktar kmieni ttellgħat parata Rumana fil-Belt Valletta. L-attività, ‘Romanus Miles Parade’, bdiet għall-ħabta tal-5.30 p.m u kienet mogħtija l-ħajja minn baned Rumani u xi wirjiet, fost l-oħrajn.







Il-parata li saret fit-toroq tal-belt kapitali ġibdet l-attenzjoni ta’ bosta. Fl-istess waqt ġew rreċtati xi siltiet imnebbħa minn żmien ir-Rumani fi Pjazza San Ġorġ u fi Pjazza Tritoni.






Ma setax jonqos li dawk preżenti jiġbdu numru ta’ ritratti tal-kostumi mill-isbaħ u bl-aktar dettall li xegħlu l-belt Kapitali.