Kien għall-ħabta tas-6.10pm meta sewwieq tilef il-kontroll tal-karozza u baqa’ dieħel f’siġra fit-Tela’ tas-Saqqajja fil-limiti tar-Rabat Malta.

Ir-raġel inqabad fil-karozza u ma setax jinħareġ tant li kellhom jisejjħu l-Ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili. Fil-fatt, ftit tal-ħin ilu hu nħareġ mill-istess karozza u ttieħed lejn l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.
Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa.
Fuq il-post hemm diversi uffiċjali tal-pulizija li mill-ewwel bdew l-investigazzjonijiet tagħhom.
