Thursday, December 26, 2024

ARA: Preżentatriċi ta’ BBC tiskuża ruħha wara li dehret toħroġ is-suba’ tan-nofs

Aqra wkoll

“Kienet biss ċajta mal-kollegi tiegħi. Konna qegħdin ninterpretaw mument ta’ stennija fejn flimkien mad-direttur bdejna ngħoddu mill-10 saż-żero u meta wasalna fil-1 użajt dak is-suba’ mingħajr ma ndunajt li kien se jinqabad b’mod dirett fit-trażmissjoni”. Iddikjarat dan il-preżentattriċi televiżiva ta’ BBC Maryam Moshiri filwaqt li sostniet li kienet biss ċajta fil-privat mat-tim u li jiddisġjaċiha ħafna li ġiet imxandra. Hija skużat ruħha mill-ġdid għal dawk li setgħu ħassewhom offiżi b’din il-mossa li assigurat li ma kinitx intenzjonata lejn l-ebda segwaċi jew persuna partikolari, kienet biss ċajta mat-tim tal-produzzjoni.

Dan wara li l-istess Moshiri dehret tipponta s-suba’ tan-nofs lill-camera waqt xandira li saret l-Erbgħa.

Is-segwaċi kellhom reazzjonijiet imħallta online b’uħud jgħidu li l-azzjoni tagħha kienet turi nuqqas ta’ professjonalità filwaqt li oħrajn qalu li huma ġieli għamlu l-istess fuq il-post tax-xogħol tagħhom.

Dan ma kienx l-ewwel każ hekk kif lura fl-2010, Tomasz Schafernaker għamel l-istess ġest waqt li kien introdott mill-preżentatur Simon McCoy biex jaqra r-rapport meterjoloġiku lis-segwaċi.

Min-naħa l-oħra Moshiri kien irnexxielha tisraq l-attenzjoni tal-midja meta f’Settembru li għadda hija kellha tagħmel interpretazzjoni impromptu ta’ qamar partikolari wara li l-immaġini falliet milli tidher fuq l-iskrijn.

YouTube video
Ekonomija

Sport