Saturday, December 21, 2024

ARA: “Prijorità fuq dik il-faxxa dejjem tikber ta’ nies diżilluża miż-żewġ partiti l-kbar”

Aqra wkoll

Min-naħa tiegħu d-Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit qal ma’ Talk.mt li l-prijorità tiegħu fil-proċess ta’ tiġdid importanti li għaddej minnu l-Partit Laburista huwa li jibqa’ relevanti fiż-żminijiet tal-lum il-ġurnata. 

Saħaq li għandna sitwazzjoni politika li nbidlet u għada qiegħda tinbidel u fl-aħħar mill-aħħar jaħseb l-ikbar sfida li għandu l-partit laburista hija dik li b’dan it-tiġdid li se jkunu qegħdin iwettqu tkun li jaraw kif faxxa tal-elettorat li minn elezzjoni għall-oħra qiegħda tikber, jaraw kif jistgħu jindirizzaw il-prijoritajiet tagħhom. 

Agius Saliba saħaq li din il-faxxa llum hija bl-aktar mod diżilluża miż-żewġ partiti l-kbar. Żied jgħid li l-prijorità tagħhom tibqa’ li l-Partit Laburista jibqa’ b’saħħtu u relevanti u huwa importanti li din il-faxxa tiġi indirizzata.

Dan jista’ jitwettaq biss jekk jitkattar u jikber l-attiviżmu tal-partit. Jien ma nemminx f’partit li jkun attiv u b’saħħtu biss lejliet xi festa elettorali

Id-Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit Alex Agius Saliba

Huwa żied jgħid li importanti li jkun hemm strutturi b’saħħithom kontinwi fi ħdan iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista li jixprunaw il-ħidma fuq bażi lokali. Il-Kumitati lokali huma r-ruħ imma ma jistgħux jibqgħu jitrattawhom bħala magni li jiġbru t-tesseri anke jekk huma rwoli importanti. L-irwol primarju tal-istrutturi għandu jkun dak politiku xprunat mid-diskussjoni, Partit Laburista fl-istrutturi tiegħu li jista’ jservi tal-ikbar boxxla għall-gvern sabiex bħala gvern jaraw verżjoni aħjar tagħhom infushom billi jindirizzaw in-nuqqasijiet.

Huwa qal ukoll li kull attivist irid japprezza l-fatt li għandu responsabbiltà u leħen b’saħħtu ħafna għax fl-aħħar mill-aħħar mill-aħħar il-Partit Laburista huwa s-sid tal-Manifest Elettorali li fl-aħħar mill-aħħar abbażi tiegħu ġie elett il-gvern. 

“Dan huwa dak li se nkun qiegħed naħdem fuqu sa mill-ewwel sigħat biex inkun nista nservi bl-aħjar mod dan l-irwol li ġie afdat lili b’vot b’saħħtu mid-delegati”

Alex Agius Saliba
Ekonomija

Sport