Hekk kif ilbieraħ kien hemm tħassib serju dwar saħħet ir-Reġina Eliżabetta ll, kienu bosta dawk li nġabru quddiem Buckingham Palace sabiex jistennew aktar aġġornamenti.
Ftit mumenti qabel tħabbret il-mewt tar-Reġina, tfaċċat qawsalla doppja fuq Buckingham Palace. Dawk li kienu miġbura quddiem il-palazz ittamaw li dan kien sinjal ta’ aħbar tajba fuq saħħet ir-Reġina. Oħrajn kienu tal-fehma li dak kien sinjal li r-Reġina kienet għaddiet għall-ħajja ta’ dejjem.
Hekk kif fis-6:30 p.m. il-palazz ħabbar il-mewt tar-Reġina Eliżabetta II, dawk li kienu miġbura bdew jibku kif ukoll jieħdu r-ritratti.
Mal-aħbar tal-kundizzjoni serja tagħha vjaġġaw minnufih biex ikunu madwarha binha l-Prinċep Karlu u t-tfal tiegħu, il-Prinċpijiet William u Harry, flimkien ma’ qraba oħra mill-familja Rjali.
Il-funeral tar-Reġina Eliżabetta II mistenni jsir fi żmien għaxart ijiem.