F’dawn l-aħħar sigħat, beda jiċċirkola filmat fuq il-midja soċjali fejn raġel deher isawwat lil dik li kienet għadha kemm issir martu waqt it-tieġ tagħhom stess. Apparentament, l-inċident seħħ waqt li l-koppja kienet tinsab fuq il-palk waqt il-festin tat-tieġ tagħhom li sar f’Uzbekistan wara li ntemmet iċ-ċerimonja taż-żwieġ.
Il-koppja ħadet sehem f’logħba u apparentament intrebħet mill-mara. Meta żewġha rrealizza li tilef l-isfida kontra martu, deher irrabjat u balltilha daqqa ġo rasha b’idu x-xellugija.
Il-mara dehret tixxengel fuq il-palk u ngħatat l-għajnuna biex tinżel minn hemm mingħand żewġ nisa.
Ir-raġel li kien responsabbli għal dan l-inċident, baqa’ fuq il-palk qisu statwa tal-ġebel; donnu ma ġara xejn barra minn loku.
Għadu mhux magħruf x’ġara wara li ntemm il-filmat.