Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, tim mediku mill-Isptar Mater Dei u uffiċjali tal-Pulizija ssejħu fi Triq l-Irmiġġ fl-Imsida minħabba rapport ta’ nirien għall-ħabta tas-1:00p.m.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li kienu żviluppaw nirien f’gallarija fit-tielet sular u li konsegwentament kellhom jiġu evakwati xi persuna.

Kawża tan-nirien, raġel ta’ 60 sena residenti l-Iklin kellu jittieħed lejn l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.

Dan is-sit jinsab infurmat li fortunatament is-sitwazzjoni ġiet kontrollata f’ħin qasir u t-triq infetħet b’mod normali.
Aktar informazzjoni kif taslilna.