Thursday, November 14, 2024

ARA: Raħħala fl-Olanda jieħdu żewġ baqriet waqt protesta quddiem il-parlament

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Fl-Olanda hemm sensazzjoni mifruxa ta’ diżappunt, rabja u anke disprament fost raħħala li jinsabu mħassbin dwar proposti għal pjanijiet immirati għat-tnaqqis tan-nitroġenu.

Ir-raħħala qed jipprotestaw fl-Olanda kontra politika ġdida tal-gvern maħsuba biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tan-nitroġenu u tal-ammonja b’50 fil-mija sal-2030.

Skont statistika uffiċjali, il-mira mfassla biex tikkonforma mar-regoli tal-Unjoni Ewropea dwar it-tnaqqis tat-tniġġis tan-nitroġenu, se teħtieġ tnaqqis ta’ 95% fl-emissjonijiet f’xi provinċji.

L-Olanda hija t-tieni l-akbar esportatur ta’ prodotti agrikoli, fejn skont statistika ppubblikata mill-Università ta’ Waheningen fl-2021 l-pajjiż kellu esportazzjoni li tammonta għal €104.7 biljun. 

Il-baqar u l-fertilizzanti huma sorsi ewlenin ta’ emissjonijiet ta’ nitroġenu u dan wassal biex raħħala tal-ħames ġenerazzjoni li l-għajxien tagħhom jiddependi mit-trobbija tal-baqar jinsabu f’taħlita ta’ emozzjonijiet minħabba li dawn id-deċiżjonijiet se jwasslu biex jispiċċa l-futur tagħhom.

Fl-aħħar jiem saħansitra kien hemm raħħala li nġabru quddiem il-bini tal-parlament biex jipprotestaw dwar dawn id-deċiżjonijiet u qalu li minħabba l-istess deċiżjonijiet se jintilfu ħafna impjiegi li jaħdmu fis-settur u se jinqatlu ħafna baqar ukoll.

Ekonomija

Sport