Sunday, December 22, 2024

ARA: Ramona Attard mhux se terġa’ tikkontesta l-kariga ta’ President u l-ebda kariga oħra fil-PL

Aqra wkoll

Il-President tal-Partit Laburista Ramona Attard ħabbret li mhux se tkun qiegħda terġa’ tikkontesta l-kariga li tokkupa bħalissa u l-ebda kariga oħra fil-Partit.

Hu ħabbret dan permezz ta’ filmat li xxandar fuq il-midja soċjali fejn elenkat il-ħidma tagħha fi żmien li hija okupat il-kariga ta’ President.

Min-naħa tiegħu l-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela permezz ta’ messaġġ irringrazzja lil Ramona Attard tal-ħidma li wettqet fil-Partit Laburista.

“Vuċi progressiva u liberali li ħadmet għad-drittijiet tal-minoritajiet u dawk li l-aktar għandhom bżonn f’pajjiżna. Fadlilha ħafna x’toffri fi ħdan il-Partit Laburista,” jikteb il-Prim Ministru Abela.

Ekonomija

Sport