Wednesday, December 25, 2024

ARA: “Se nibqgħu niltaqgħu kull meta meħtieġ mad-dilettanti tal-festi”

Aqra wkoll

Fi tmiem konferenza stampa fejn ħabbar miżuri ta’ €70 miljun li se jmorru fil-bwiet tan-nies, Talk.mt staqsiet wkoll lill-Prim Ministru dwar il-kwistjoni tal-festi, hekk kif fl-aħħar jiem tħabbar ukoll li jekk is-sitwazzjoni tal-pandemija tibqa’ taħt kontroll, minn April 2022, l-attivitajiet reliġjużi esterni u dawk festivi jistgħu jerġgħu jiġu ċċelebrati b’responsabbiltà.

YouTube video

“Ħadt pjaċir li mad-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne u s-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Prof. Charmaine Gauci, ltqajna mal-Għaqda Każini tal-Banda. Se nibqgħu niltaqgħu kull meta meħtieġ, il-bieb tad-diskussjoni tagħna huwa dejjem miftuħ. Kull meta jkun hemm kwistjoni, inpoġġu madwar mejda u nsibu soluzzjoni,” tenna l-Prim Ministru.

Huwa kompla jgħid li l-laqgħa kienet waħda kordjali ħafna fejn intlaħaq ftehim li fi kliemu huwa wieħed raġjonevoli. “Meta poġġejna kollox fuq il-miżien, il-bilanċ wassal liż-żewġ naħat biex naqblu fuq dak li ġie miftiehem,” tenna l-Prim Ministru.

Enfasizza li: “Nifhem li kulħadd jixtieq il-festi lura għan-normalità. Jiena l-ewwel wieħed nixtieq nistgħu ngħidu li r-restrizzjonijiet f’pajjiżna tneħħew kollha. Imma nemmnu li għadu ma wasalx f’dan il-mument. Imma mexjin b’mod tajjeb f’dik id-direzzjoni.”

Ekonomija

Sport