Tuesday, December 24, 2024

ARA: “Sena impenjattiva ħafna b’sodisfazzjon kbir għal dak li ksibna”

Il-kisbiet u l-isfidi tal-MEPs Maltin f’din is-sena …

Aqra wkoll

Waqt żjara fil-Parlament fi Strasburgu, fl-aħħar jiem dan is-sit kellu l-opportunità li jitkellem mal-Membri Parlamentari Ewropej Maltin dwar diversi suġġetti. Wara li fil-ħarġa tal-bieraħ qsamna magħkom ir-reazzjonijiet tagħhom b’rabta mal-aħħar żviluppi fil-każ tal-Viċi President tal-Parlament Ewropew Eva Kaili u l-vot ta’ sfiduċja fil-konfront tagħha, illum qegħdin inwasslulkom summarju ta’ dawk li skonthom huma l-akbar kisbiet għal din is-sena fil-ħidma tagħhom u sfidi li jistennew li se jkun qed jaffaċċja l-Parlament Ewropew fis-sena li ġejja.

YouTube video

L-Ewroparlamentari Laburista Alex Agius Saliba, li huwa wkoll il-Viċi President tal-Grupp tas-Soċjalisti u d-Demokratiċi fi ħdan il-Parlament Ewropew  qal li din is-sena kienet impenjattiva ħafna iżda li tat sodisfazzjon kbir. Agius Saliba tkellem dwar l-kif il-grupp approva l-istrateġija f’paper ta’ ambizzjoni li hija waħda dettaljata f’aktar minn 50 paġna. Kienet ukoll sena pożittiva għalih minħabba numru ta’ proposti li mexxa ’l quddiem b’suċċess fosthom dik taċ-Charger komuni Ewropej li llum huwa liġi approvata. 

Tkellem dwar il-Kumitat tax-Xogħol fejn baqa’ għaddej b’ħidma biex minn hawn u ftit tal-ġimgħat oħra mistennija proposta relatata mar-Right to Disconnect biex imbagħad ikun jista’ jibda l-proċess formali leġiżlattiv biex il-ħaddiema kollha fuq bażi Ewropea jkunu jistgħu jibbenefikaw minn dan id-dritt fundamentali.

Fil-Kumitati tal-Enerġija u tar-Riċerka Agius Saliba qal li għadu għaddej b’ħidma fuq il-proposta dwar l-emmissjonijiet industrijali u l-permessi li jkunu qed jingħataw. 

Tkellem ukoll dwar l-Att dwar il-media fuq bażi Ewropea u kif ukoll Att dwar il-protezzjoni tal-minorenni fuq bażi online u l-kontenut abbużiv li jista’ jkun hemm fuq bażi online ta’ dawn it-tfal u kif fl-aħħar mill-aħħar jista’ jiġi miġġieled fid-dinja diġitali.

Ekonomija

Sport