Raġel iddaħħal l-Isptar wara li għall-ħabta tas-7:00 p.m kien involut f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Vjal Ragusa fil-Mosta.
Minn stħarriġ illi sar irrizulta li kienet seħħet ħabta bejn vettura tal-għamla Mercedes misjuqa minn mara ta’ 28 sena residenti l-Mosta u mutur Herald Mevrick misjuq minn raġel ta’ 24 sena residenti l-Imġarr Malta.
Fil-post issejħet ambulanza li ħadet lis-sewwieq tal-mutur lejn l-Isptar Mater Dei fejn aktar tard irriżulta li sofra minn ġrieħi serji.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat Elaine Mercieca li ħatret esperti biex jgħinuha fl-inkjesta li ġiet appuntata.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.