L-ewwel pajjiż minn madwar id-dinja li ta l-bidu għas-sena l-ġdida kien proprju New Zealand.
Bħala ċelebrazzjonijiet għal dis-sena, Harbour Bridge u Sky Tower inxtegħlu mid-9.00p.m. ‘l quddiem, biċ-ċelebrazzjonijet jilħqu l-aqwa tagħhom f’nofs il-lejl permezz ta’ spettaklu tad-dawl mill-isbaħ.
L-ispettaklu ta’ logħob tan-nar tradizzjonali u li dejjem kien mistenni ħafna ġie kkanċellat minħabba s-sitwazzjoni tal-pandemija tal-Covid-19 u biex ma jinġabrux folol. Xorta waħda sar spettaklu żgħir tan-nar.
#WATCH | New Zealand’s Auckland rings in #NewYear2022 with fireworks display
— ANI (@ANI) December 31, 2021
(Video: Reuters) pic.twitter.com/UuorkGHPEg
Il-pajjiż kellu relattivament suċċess fil-kontroll tal-Covid-19 b’numri baxxi ta’ każijiet u mwiet iżda l-ġimgħa li għaddiet esperjenza tifqigħa tal-varjant Omicron li ġie ntraċċat minn persuna li kienet ġejja mir-Renju Unit.