Splużjoni f’kumpless tan-nar viċin stabbiliment tax-xiri wasslet għal konfużjoni kbira fil-Kapitali tal-Armenja.
In-nirien li segwew l-isplużjoni waslu sa Yerevan; il-Kapitali tal-Armenja li hija żona mfittxija ħafna għax-xiri.
Mill-inqas ħames persuni mietu u għexieren ttieħdu l-isptar wara l-isplużjonijiet. Filmati ppubblikati juru nies jaħarbu hekk kif duħħan kbir infirex malajr wara l-isplużjoni.
Fuq il-post intbagħtu madwar 200 ħaddiema tat-tifi tan-nar u ħaddiema mediċi biex jagħtu l-ewwel għajnuna.
S’issa għadu mhux magħruf x’wassal għall-isplużjoni.