Ħaddiema tas-salvataġġ f’Gaża rnexxielhom joħorġu minn qalb it-tifrik tarbija ħajja.
Il-każ seħħ fil-belt ta’ Rafah fin-naħa t’isfel ta’ Gaża fejn l-uffiċjali kellhom jużaw idejhom biex ifittxu qalb it-terrapien u salvaw lil Mariam Abu Akel. Kif irnexxielhom jirkuprawha, wieed mill-ħaddiema tas-salvataġġ ġera kemm felaħ biha lejn sptar fil-qrib.
It-tarbija kienet mal-familja jistkennu mill-attakki tal-militar Iżraeljan meta seħħ l-attakk li qatel lil ommha u lil oħtha filwaqt li missierha u ħuha salvaw. Fl-attakk huwa stmat li nqatlu 20 persuna waqt li weġġgħu 55 oħra.
L-attakki tal-Iżrael bdew wara li fis-7 ta’ Ottubru li għadda l-Ħamas attakka l-Iżrael, qatel mal-1,200 Iżraeljan u ħataf madwar 240 ostaġġ.