Friday, November 22, 2024

ARA: Tfajla Maltija wegħduha xogħol fuq cruise liner, iżda spiċċat taħdem bħala prostituta fi Spanja

Aqra wkoll

“Ftit tas-snin ilu rajt opportunità ta’ xogħol barra minn Malta u kienet il-ħolma tiegħi li mmur naħdem fuq cruise liner,” hekk sostniet tfajla waqt filmat li xxandar mis-Segretarju Parlamentari Rebecca Buttigieg biex titqajjem kuxjenza dwar it-traffikar tal-persuni.

Sostniet li kienet applikat u wara ftit kienet irċeviet telefonata mingħad min kien ippubblika l-avviż. “Qaluli li kelli mmur Spanja u kollox kien se jkun imħallas. Qaluli wkoll li fil-bidu kien hemm żmien ta’ taħriġ. Rajt li l-kundizzjonijiet kienu tajbin u anke l-paga u għalhekk aċċettajt,” qal it-tfajla.

Kompliet tirrakkonta li meta waslet fi Spanja mill-ewwel ittieħded lejn lukanda li kienet ibbukjata minn qabel mill-istess persuni li kienu se joffru l-impjieg. Qalet li mill-ewwel indunat li kienet differenti mir-ritratti li kienu bagħtulha.

Ħadulha l-passaport u wara ftit sigħat raġel qallha li x-xogħol li kienet se tagħmel kien ittieħed minn xi ħadd ieħor. Għalhekk kienu nformawha li kellha tibda taħdem bħala fattiga u għall-ewwel jiem ma kienx hemm ħlas.

“Mingħajr ma rrid u mingħajr ma naf spiċċajt naħdem fil-prostituzzjoni. Kienu jitrattawni ħażin ħafna. Kienet diffiċli biex noħroġ minna minħabba la kont naf il-lingwa u lanqas kelli passaport,” qalet it-tfajla fil-filmat li xxandar mis-Segretarju Parlamentari Rebecca Buttigieg.

Tgħid li kien grazzi għal rejd li sar mill-pulizija li rnexxielha toħroġ minnha u tirritorna lura lejn Malta, għalkemm il-konsegwenzi ta’ din l-esperjenza għadha ġorrhom sal-lum.

Sport