Sunday, November 24, 2024

ARA: Tgħaddi r-riforma tal-Gender Recognition Act għall-persuni trans fl-Iskozja

Aqra wkoll

Persuni Skoċċiżi li huma trans daqt se jkunu jistgħu jibdlu l-orjentazzjoni sesswali tagħhom b’mod legali wara li l-Parlament għadda riforma ġdida fil-liġi tal-Gender Recognition Act (GRA). Din ir-riforma se tkun qed temenda il-Gender Recognition Act tar-Renju Unit li daħlet fis-seħħ fl-2014.

Wara sitt snin, tliet konsultazzjonijiet u jumejn ta’ dibattitu parlamentari, ilbieraħ il-membri parlamentari għaddew il-leġiżlazzjoni b’86 vot favur u 39 kontra.

“Dan huwa mument ta’ vittorja għall-persuni trans fl-Iskozja”, qal rappreżentant tal-LGBTQ+.

Filmat: Metro.co.uk

L-għan ta’ din il-leġiżlazzjoni huwa li tagħmilha iżjed faċli għall-persuni trans sabiex ibiddlu s-sess tagħhom fuq iċ-ċertifikat tat-twelid. Permezz ta’ din ir-riforma, l-età minima meta persuna tista’ tapplika għall-Gender Recognition Certificate (GRC) niżlet minn 18 għal 16-il sena.

Dawn ir-riformi ma naqsux li joħolqu kontroversja fost gruppi ta’ nies li huma kontra persuni trans jew li għandhom twemmin konservattiv.

Sport