Friday, November 22, 2024

ARA: Tifel ta’ 13-il sena b’azzjoni f’waqtha jsalva 66 student minn fuq tal-linja f’Michigan

Aqra wkoll

66 tifel u tifla mil-iskola f’Michigan jistgħu jqisu lil Dillon Reeves tfajjel ta’ 13-il sena bħala eroj wara li rnexxielu jwaqqaf tal-linja hekk kif is-sewwieq ta ħass ħażin u ntilfet minn sensija.

Dillon kien qiegħed fuq il-parti ta’ quddiem ta’ tal-linja meta nduna li s-sewwieqa kienet qiegħda titlef il-kontroll sakemm intilfet minn sensija.

Kien f’dan il-mument li t-tfajjel ġera għal quddiem u rnexxielu jwaqqaf tal-linja biex ma tkunx involuta f’inċident tat-traffiku fejn setgħu jweġġgħu ħafna tfal.

Fil-filmat jidher s-sewwieq tinforma lil uffiċjali tagħha li ma kinitx qed tħossa tajba, iżda ftit wara hija tintilef minn sensija.

It-tfal kienu qegħdin jirritornaw lura lejn id-dar mill-iskola medja ta’ Carter.
Dillon filwaqt li waqqaf tal-linja beda jgħid lil sħabu studenti biex iċemplu 911 in-numru tal-emerġenza.

Sport