Dan is-sit jinsab infurmat li għall-ħabta tal-11:15 a.m. iffurmat daħna kbira fi Triq il-Kanun, Santa Venera.
Minn informazzjoni li kiseb Talk.mt jidher li vettura li kienet fil-qrib għal xi raġuni sparala t-tapp tal-ilma tar-radiator, waqfet, però baqgħet irrejżata, kif fil-fatt jinstema’ l-ħoss tal-irrejżjar fil-filmat t’hawn taħt.
Kelliem għall-Pulizija kkonfermalna li fortunatament ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.