Diversi ħaddiema għaddejjin b’ħidma biex jikkontrollaw ilmijiet li daħlu fl-istabbilimenti ta’ Tigne Point f’Tas-Sliema.
Skont rapporti jidher li ammont konsiderevoli ta’ ilma xita daħal f’partijiet mill-istabbiliment wara xi partijiet mis-soqfa sofrew ħsarat aktar kmieni dalgħodu.
Nifhmu li kawża ta’ dan l-ilma ġie imfixkel dak li s-sidien kienu qegħdin jistennew li jkun tmiem il-ġimgħa mill-aqwa għall-bejgħ minħabba l-iskontijiet tal-Black Friday.