Saturday, December 21, 2024

ARA: Tinħatar inkjesta indipendenti dwar mewt ta’ raġel fl-Emerġenza

Aqra wkoll

Il-Ministru għas-Saħħa u Anzjanità Attiva Joe Etienne Abela ħabbar li nħatret inkjesta dwar il-mewt ta’ raġel fid-Dipartiment tal-Emerġenza. F’kummenti lill-ġurnalisti huwa qal li l-din l-inkjesta indipendenti se tkun qed titmexxa minn Imħallef irtirat.

Il-Ministru Abela qal li jifhem l-għadab u d-diżappunt tal-familjari tal-persuna li tilef ħajtu, u għalhekk mill-ewwel kien qiegħed jaħtar inkjesta maġisterjali skont kif titlob il-liġi. Aktar minn hekk qal li llum stess l-Isptar Mater Dei se jibda inkjesta oħra indipendenti li se tkun qiegħda tagħmel skrutinju dwar il-proċess tal-kura.

Assigura lill-kulħadd li se jkun hemm trasparenza sħiħa i spirtu ta’ governanza tajba u sostna li bħalma nieħdu pjaċir u nfaħħru t-tajjeb, in-nuqqasijiet għandhom ikunu indirizzati b’ġustizzja u mingħajr ħabi.

Skont rapporti li dehru fil-midja allegaw li raġel ta’ 55 sena miet meta kien qiegħed jistenna fid-Dipartiment tal-Emerġenza. Qed ikun allegat li hu tħalla jistenna hemm minkejja li beda jilmenta b’uġigħ f’sidru.

Ir-raġel intalab imur id-Dipartiment tal-Emerġenza tal-Isptar Mater Dei bil-karozza privata tiegħu wara li mar għall-kura fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Floriana.

Ekonomija

Sport