Id-difensur ta’ Liverpool u New Zealand Meikayla Moore se ssibha diffiċli ferm biex tinsa l-logħba tagħha kontra l-Istati Uniti. Dan Hekk kif spiċċat tiskorja tliet autogoals f’telfa ta’ 5-0.
Moore tefgħet l-ewwel ballun fix-xibka wara biss ħames minuti logħob wara li ppruvat twaqqaf cross tal-avversarji.
82 sekonda biss bogħod, Moore spiċċat tefgħet it-tieni ballun fix-xibka tat-tim tagħha minn azzjoni ta’ ballun li kien sejjer barra.
Il-hat-trick mhux mixtieqa ta’ Moore waslet fis-36 minuta meta ppruvat twaqqaf cross fil-baxx u spiċċat għelbet lill-goalkeeper Erin Nayer għat-tielet darba.
Moore ġiet sostitwita qabel it-tmiem tal-ewwel taqsima u f’ritratti li bdew jiċċirkolaw fil-midja hija dehret deluża ferm hekk kif ħalliet il-grawnd.
Not great 😬
— OddsChecker (@OddsCheckerUS) February 20, 2022
New Zealand’s Meikayla Moore has a hat trick against the US…of own goals. 🥴
(via @USWNT) pic.twitter.com/ssB8G5dhyE