Friday, November 22, 2024

ARA: Tlieta mejta wara splużjoni fi blokka ta’ appartamenti f’Jersey

Aqra wkoll

Il-ħaddiema tal-emerġenza ilhom sigħat għaddejjin bi tfittxjiet wara splużjoni fi blokk ta’ appartamenti f’Jersey li ħalliet minn tal-inqas tliet persuni mejta u tnax oħra nieqsa. 

Timijiet speċjalizzati u klieb ta’ tfittxija jinsabu fuq il-post, wara l-kollass f’St Helier is-Sibt filgħodu. Il-Gvern ta’ Jersey jgħid li qed jiġi kkordinat sforz ta’ tfittxija “metikoluż” minn diversi entitajiet.

Il-kap tal-pulizija tal-gżira Robin Smith iddeskriva x-xena f’Pier Road bħala “devastazzjoni sħiħa.” Filmat li ċċirkola fuq il-mezzi soċjali wera munzelli ta’ terrapien u karozza mgħaffġa. 

Il-gvern ta’ Jersey qal li l-isforz ta’ tfittxija kien jinvolvi “numru ta’ stadji”, bl-uffiċjal għoli tat-tifi tan-nar jgħid li t-tfittxijiet se jkomplu għaddejjin anke matul il-lejl. Dan tal-aħħar żied jgħid ukoll li l-isfida primarja hija l-fatt li “għandna struttura perikoluż li waqgħet.”

“Kull ħaġa li nagħmlu, jew nagħmlu b’mod ħażin, tista’ mbagħad tipperikola ċ-ċans li l-ħajja ta’ xi ħadd tiġi salvata,” huwa żied jgħid. 

Sport