Skont rapporti li qed jiċċirkolaw madwar il-midja internazzjonali, fin-naħa ta’ fuq tat-Turkija seħħet splużjoni kbira f’kamra tan-nar. Jidher li din l-isplużjoni ħalliet żewġ vittmi u 73 oħra midrubin. L-isplużjoni seħħet f’Hendek fil-provinċja ta’ Sakarya.
Fil-fabbrika jaħdmu madwar 150 u 200 impjegat kollha b’responsabbiltajiet differenti u li jikkonċernaw il-logħob tan-nar.
Fuq il-post issejħu 85 ambulanza u 11-il tim mediku biex jassistu lill-midrubin u jevakwaw lil dawk li nqabdu ġewwa.
Skont numru ta’ sorsi, l-isplużjoni seħħet minħabba inċident industrijali.