Ħaddiema mill-Enemalta kellhom jissejħu fi Triq L-Imrieħel f’Birkirkara wara li għall-ħabta tal-11:15 a.m, trakk kien involut f’inċident li seta’ kellu konsegwenzi agħar.
Minn stħarriġ illi sar irriżulta li trakk li kien għaddej mill-imsemmija triq għal xi raġuni qabad wires tad-dawl u konsegwentament ġibed anke arblu li kien hemm fil-ġenb tat-triq.

Għalkemm fortunatament ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident, parti mit-triq kellha tingħalaq temporanjament għat-traffiku sakemm il-ħaddiema setgħu jeliminaw il-periklu.