Aktar kmieni għall-ħabta tat-2:45 p.m Concrete Mixer inħakem minn nirien waqt li kienet għaddejja ħidma fil-proġett ta’ Għeriexem fir-Rabat.
Inewsmalta tinsab infurmata li xi ħaddiema kienu għaddejjin bil-ħidma tagħhom f’dan il-proġett meta nnutaw duħħan ħiereġ minn wieħed mit-trakkijiet fil-post.
Minnufih issejħet l-assistenza tal-Pulizija u Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili li kkontrollaw in-nirien f’ħin qasir.
Fortunatament ħadd ma ndarab f’dan l-inċident.