Sunday, December 22, 2024

ARA: Truss tħabbar ir-riżenja wara biss 45 jum

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Prim Ministru Ingliża, Liz Truss irriżenjat minn Kap tal-Partit Konservattiv.

Hija ħabbret ir-riżenja tagħha mill-kariga wara 45 jum biss mill-ħatra tagħha, sigħat wara li affaċċjat pressjoni qawwija mid-deputati tal-partit tagħha stess

Truss inħatret bħala l-Prim Ministru l-ġdid tal-Ingilterra fil-5 ta’ Settembru li għadda wara li kienet iddikjarata rebbieħa fl-elezzjoni għall-ħatra ta’ mexxej tal-Partit Konservattiv Ingliż.

Truss qalet li hija ġiet eletta b’mandat li tbiddel is-sitwazzjoni u kellha viżjoni fi żmien fejn il-persuni jinsabu mħassba kif se jħallsu l-kontijiet tagħhom. Żiedet tgħid dwar il-mandat li bih rebħet l-elezzjoni u l-fatt li ma tistax twettaq dak li wegħdet ma kellhiex għażla oħra għajr li tirreżenja.

Truss ikkonfermat li hi se tkun qiegħda sservi bħala Prim Ministru tal-pajjiż sakemm jinstab is-suċċessur tagħha.

Ekonomija

Sport