Fl-aħħar sigħat, fuq il-midja soċjali barranija ċċirkolaw xi ritratti tal-ġrieħi li ġarrab Philip Carroll — it-turist Amerikan ta’ 23 sena li flimkien ma’ familtu kien qabad rotta pprojbita għall-Muntanja Vessuvju u weġġa’ wara li waqa’ fil-ħofra tal-istess muntanja.
Lejn tmiem il-ġimgħa li għaddiet, ingħad li Carroll sofra ġrieħi f’idejh u fuq dahru. Mir-ritratti li ċċirkolaw fuq il-midja soċjali, Carroll jidher b’feriti bid-demm u qatgħat li ġarrab f’idejh u fuq dahru.
Apparentament huwa niżel fil-ħofra tal-vulkan attiv li jinsab fl-Italja biex jipprova jtella’ l-mowbajl li waqagħlu għal isfel waqt li beda jiġbed ir-ritratti meta sfortunatament tilef il-bilanċ u waqa’ bosta metri ‘l isfel.
Skont mhu rrappurtat, Carroll u familtu ma xtrawx il-biljetti meħtieġa u minflok għaddew minn gate li wasslithom għal rotta pprojbita.