Friday, December 20, 2024

ARA: Uffiċjali Ukreni qalu li l-Forzi Russi issa jinsabu fi Kyiv

Aqra wkoll

Uffiċjali Ukreni qalu li l-Forzi Russi issa jinsabu fi Kyiv. Huma kkonfermaw dan fl-aħħar ħin permezz ta’ tweet.

Il-Ministeru tad-Difiża tal-Ukrajna qal li “l-għadu” kienu fid-distrett ta’ Obolon, madwar 9km (5.5 mili) fit-tramuntana tal-parlament ta’ Kyiv fiċ-ċentru tal-belt.

Huma ħeġġew lin-nies tal-lokal biex jagħmlu dawk li jissejħu Molotov cocktails, li huma flixken mimlija bil-likwidu, biex jiġġieldu lura filwaqt li taw ukoll parir lil oħrajn biex ifittxu kenn. Ir-residenti qed jiġu mħeġġa biex ma joħorġux mid-dar.

Korrispondenti tal-BBC fi Kyiv aktar kmieni rrappurtaw li semgħu sparar filwaqt li qalu li issa jistgħu jisimgħu splużjonijiet aktar qawwija wkoll.

Filmati fuq il-midja soċjali qed juru dawk li jidhru li huma tankijiet Russi li qed isuqu minn ġo Obolon. Jidher li l-filmati ttieħdu minn nies tal-lokal. Il-BBC qalet li vverifikat li x-xeni li jidhru f’dawn il-videos huwa verament Obolon.

Uffiċjal fil-Ministeru tal-Intern tal-Ukrajna qal li l-forzi militari tar-Russja qed jimmiraw għal għexieren ta’ siti ċivili.

“Ir-Russi qalu li mhux qed jolqtu oġġetti ċivili, iżda 33 sit ċivili ntlaqtu matul l-aħħar 24 siegħa,” qal Vadym Denysenko lill-aġenzija tal-aħbarijiet Reuters.

Il-forzi Russi daħlu fil-kapitali Kyiv wara li avvanzaw malajr minn diversi fronti fit-Tramuntana, fil-Lvant u fin-Nofsinhar tal-Ukrajna minn meta bdiet l-invażjoni nhar il-Ħamis.

Ekonomija

Sport