Dalgħodu għall-ħabta tal-10.00a.m. il-Qdusija Tiegħu l-Papa wasal f’pajjiżna fejn matul dawn il-jumejn se jkun qed jagħmel diversi żjarat kemm f’Malta kif ukoll fil-gżira Għawdxija.


Minn hemm baqa’ sejjer lejn il-Belt Valletta fejn ġie milqugħ minn folla sabiħa u ċapċip tan-nies.


Il-fotografu tagħna Roger Azzopardi ġibed mill-qrib lill-Qdusija Tiegħu fi triqtu lejn il-Palazz tal-President.


Jispikkaw il-bnadar kulur isfar u abjad li jissimbolizzaw il-Knisja Kattolika.

Waqt id-diskors tiegħu waqt il-laqgħa mal-awtoritajiet u l-Korp Diplomatiku fis-Sala tal-Gran Kunsill tal-Palazz tal-Gran Mastru fil-Belt Valletta, il-Papa Franġisku qal li “Malta hi l-qalb tal-Mediterran” .
Wara l-Papa Frangisku sellem lill-folla prezenti fi Pjazza San Ġorġ mill-Palazz tal-Gran Mastru.

Ritratti: Roger Azzopardi
Il-fotografu tagħna Alan Saliba fl-istess waqt ġibed l-atmosfera li kien hemm preżenti kemm qabel kif ukoll waqt il-wasla tal-Qdusija Tiegħu fi Pjazza San Ġorġ.



Hawnhekk spikkaw ukoll diversi bnadar bojod u sofor filwaqt li l-għajta ta’ “Viva l-Papa” u “Papa Francesco” dwew din il-pjazza.



Ritratti: Alan Saliba