Fost il-ħafna awgurji ta’ Jum il-Missier, il-Malta Police Force xerrdet filmat ta’ diversi tfal jawguraw lil missirijiethom f’dan il-jum iddedikat lilhom.
Iċ-ċkejknin ġew imlibbsin xi partijiet mill-uniformi tal-Pulizija biex il-messaġġ ikun iżjed b’saħħtu fejn għalihom, ix-xogħol ta’ missierhom huwa meqjus bħala persuna importanti ħafna fis-soċjetà.
Tajjeb li nżommu f’moħħna li bosta drabi meta dawn l-uffiċjali jkunu waqt il-qadi ta’ dmirijiethom jkunu qegħdin jiċċaħħdu minn ħinijiet mill-aktar speċjali ma’ dawn l-aktar għeżież għalihom.